top of page
Films
Il-Misteru Tal-Għoġol tad-Deheb (2017)
Ruth kienet il-producer u l-kittieba ta’ dan il-film addattat għall-familja kollha. Minbarra hekk, kitbet il-ktieb interattiv li kien jikkumplimenta l-film.
L-istorja: Fis-snin 40, grupp ta’ tfal u l-għalliema tagħhom sparixxew b’mod misterjuż f’labirint taħt l-art, waqt ħarġa tal-iskola. Fil-preżent, niltaqgħu ma’ Pia, li tkun orfni u li temmen li ħadd ma jkun iħobbha. Wara li tisma’ dwar il-leġġenda lokali tal-Għoġol tad-Deheb, tiddeċiedi li tibda tfittxu. B’hekk Pia u l-kuġin taghha Sandro, tifel li xejn ma jkun kunfidenti, jibdew avventura mimlija misteri. Sabiex il-kuġini jsibu dan it-teżor ikollhom jaffrontaw diversi perikli f'labirint taħt l-art (u forsi anki fantażmi!). L-avventura tagħhom twassalhom biex jiskopru sigrieti kbar u antiki li l-familjari taghhom ikunu ilhom is-snin jaħbu, u li jistgħu jbiddlu l-ħajja ta’ kulħadd.
Il-Misteru tal-Għoġol tad-Deheb irċieva fondi għad-development mill-Fond Malti tal-Films u mill-Kummissjoni Maltija tal-Films.
Gladiator (2000)
Fl-2000 u hekk kif ħarġet mill-iskola tad-drama, Ruth attendiet awdizzjoni għal rwol fil-film blockbuster Gladiator, li ġie miġbud f’pajjiżna. Ftit tal-ġimgħat wara, Ruth sabet ruħha fuq is-set ta’ Gladiator waqt li ħadmet mal-attur rebbieħi ta’ Oscar Russell Crowe. Fil-film narawha f’żewġ xeni memorabbli, li tinkludi bewsa fuq il-ħadd ta’ Russell.
bottom of page